Read in English

Daphne Caruana Galizia

Daphne Caruana Galizia, il-ġurnalista investigattiva, kittieba u attivista kontra l-korruzzjoni, inqatlet fis-16 ta' Ottubru 2017, f'assassinju brutali u mbixkel. Il-ġurnalista l-aktar magħrufa f'Malta, Daphne nqatlet qrib id-dar tagħha fil-Bidnija, Malta permezz ta' bomba li tqiegħdet taħt is-sedil tal-karozza tagħha.

Daphne ġiet imsawra bħala “l-flaġell persistenti f'Malta għall-korruzzjoni uffiċjali, il-klijenteliżmu u l-inkompetenza… l-inkorporazzjoni tal-ġurnaliżmu investigattiv: frank, bla kompromessi u totalment bla biża'.”

Ftit jiem wara l-mewt ta' Daphne, erba' esperti tan-Nazzjonijiet Uniti ħarġu stqarrija, fejn għamlu sejħa lill-Gvern ta' Malta biex “jonora l-impenn tiegħu għal investigazzjoni urġenti u indipendenti”.

Issa għaddew aktar minn sentejn mill-assassinju ta' Daphne u mis-sejħa mill-esperti tan-NU għal inkjesta pubblika u investigazzjoni urġenti, indipendenti u bir-reqqa.” Matul dan il-perjodu, bosta korpi internazzjonali, fosthom il-Kunsill tal-Ewropa u l-Parlament Ewropew qajmu tħassib serju dwar il-progress u l-mandat tal-investigazzjonijiet li hemm għaddejjin, u l-istat tad-dritt f'Malta.

Għaliex hija meħtieġa inkjesta pubblika?

Wara l-qtil tagħha fis-16 ta' Ottubru 2017, l-awtoritajiet Maltin taw bidu għal proċeduri kriminali kontra l-irġiel li allegatament splodew il-bomba li qatlet lil Daphne kif ukoll inkjesta maġistrali dwar jekk persuni oħrajn kellhomx jiġu akkużati b'reati kriminali għall-kummissjonar tal-allegati assassini. Kemm il-proċedurali kriminali u l-inkjesta maġistrali jiffokaw fuq il-ħtija kriminali biss.

Madankollu, l-ebda proċess mhu qed jinvestiga l-mistoqsija aktar wiesgħa u ferm aktar serja dwar jekk l-istat Malti huwiex responsabbli għaċ-ċirkostanzi li wasslu għall-mewt ta' Daphne.

Malta hija legalment obbligata, taħt l-Artikolu 2 tal-Konvenzjoni Ewropea dwar id-Drittijiet tal-Bniedem, sabiex jiġi żgurat li l-investigazzjoni dwar il-mewt ta' Daphne tkun indipendenti u effettiva. Dan huwa l-każ speċjalment jekk hemm il-possibbiltà ta' ħtija tal-istat għall-mewt jew il-falliment tas-sistema biex dan jiġi impedit.

Sabiex ikunu konformi mal-obbligu ta' Malta fl-Artikolu 2, l-awtoritajiet ta' Malta mhux biss iridu jwieġbu għall-mistoqsija ta' min sploda l-bomba fil-karozza, iżda wkoll mistoqsijiet aktar wesgħin, inklużi mistoqsijiet dwar ħtija kriminali tal-imħuħ wara l-assassinju u l-intermedjarji tagħhom, liema passi kienu jew kellhom jittieħdu mill-awtoritajiet biex jipproteġu lil Daphne u lilna, il-familja tagħha, minn riskji magħrufa għall-ħajjitha, u kwalunkwe falliment tas-sistema kontribwenti li seta' jew kellu jiġi pprevenut.

Fis-sentejn mill-attakk tal-karozza bomba, Malta għandha ma tat bidu għal ebda forma ta' inkjesta f'dawn iċ-ċirkostanzi aktar wiesgħa tal-assassinju ta' Daphne. Aktar ma jgħaddi żmien, aktar ma tisparixxi l-evidenza.

X'qed jiġri?

It-2 ta' Ottubru 2019 — Wara li għamlet sejħa għal-laqgħa, il-familja ta' Daphne tiltaqa' mal-Prim Ministru, il-Ministru tal-Ġustizzja u l-Avukat Ġenerali.

It-22 ta' Settembru 2019 — Il-familja ta' Daphne tqajjem tħassib dwar l-għażla ta' żewġ membri tal-kummissjoni, Anthony Abela Medici u Ian Refalo. Oġġezzjonijiet għall-konflitti ta' interess ta' dawn l-individwi, kif ukoll problemi serji bit-termini ta' referenza, tqajmu formalment mal-gvern. Ir-Rapporteur tal-Kunsill tal-Ewropa Pieter Omtzigt jgħid li l-inkjesta pubblika mħabbra mill-Gvern ta' Malta ma tissodisfax l-aspettattivi tal-korp għad-drittijiet tal-bniedem.

Il-21 ta' Settembru 2019 — Il-gvern ta' Malta jħabbar id-deċiżjoni li jwaqqaf kummissjoni għal inkjesta pubblika tard il-Ġimgħa filgħaxija, ħamest ijiem qabel id-data ta' skadenza ffissata mill-Kunsill tal-Ewropa. Il-gvern ħatar lil Michael Mallia, eks imħallef, biex jippresiedi l-bord tal-inkjesta u l-eks Dekan tal-Fakultà tal-Liġi u espert kostituzzjonali l-Professur Ian Refalo u l-espert forensiku Dr Anthony Abela Medici, bħala membri tal-Kummissjoni.